PARTI I

TITOLU I

TIFSIR U GĦANIJIET TA ' L-UNJONI

Artikolu I-1

Stabbiliment ta ' l-Unjoni

1 .     Ispirata mir-rieda taċ-ċittadini u ta ' l-Istati ta ' l-Ewropa li jibnu l-futur tagħhom komuni , din il-Kostituzzjoni tistabbilixxi l-Unjoni Ewropea , li lilha l-Istati Membri jikkonferixxu kompetenzi sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni . L-Unjoni għandha tikkordina l-politika li biha l-Istati Membri għandhom il-ħsieb li jilħqu dawn l-għanijiet ,